Il-kuntratti konklużi mal-konsumaturi u l-garanziji

Meta tiffirma kuntratti mal-konsumaturi, trid tirrispetta r-rekwiżiti tal-korrettezza u t-trasparenza tal-UE u dawk nazzjonali, u tkun ċert li l-kuntratti ma jkunux jinkludu klawżoli inġusti. Skopri kif tista’ tiżgura li n-negozju tiegħek huwa konformi mal-liġi tal-konsumatur.

Iċċekkja r-responsabbiltajiet ta’ wara l-bejgħ għall-kuntratti konklużi mal-konsumaturi u l-obbligi lejn il-konsumaturi tiegħek, bħal pereżempju l-perjodu tal-cooling-off sa 14-il jum meta tbigħ online, lil hinn mill-post tan-negozju, jew mill-bogħod. Aqra dwar il-garanziji legali u l-garanziji kummerċjali f’kull pajjiż tal-UE.

F’xi każijiet, tista’ titqies responsabbli għall-prodotti difettużi li tbigħ. Kun ċert li taf kif tirrapporta prodott li tbigħ jekk taħseb li jista’ jkun difettuż. Tista’ tfittex ukoll għal prodotti mhux sikuri fil-bażi tad-data Safety Gate en.

L-aħħar verifika: 06/06/2025
Ikkondividi din il-paġna